Tliet persuni salvati minn appartament li ħa n-nar

Tobba eżaminaw lill-persuni fuq il-post u ma jirriżulta li weġġa' ħadd

Tliet persuni ġew salvati minn appartament li ħa n-nar fl-inħawi magħrufa Tal-Qroqq fl-Imsida.

L-inċident seħħ illum waranofsinhar għall-ħabta tas-2pm. 

Kelliem għall-Pulizija kkonferma ma' dan is-sit li tobba li kienu fuq il-post eżaminaw lill-persuni iżda ma jidher li weġġa' ħadd.

Skont rapporti, in-nirien bdew minn fridge.

 

More in Kronaka