Żagħżugħ fil-periklu tal-mewt wara li waqa' minn gallarija

Il-każ seħħ dalgħodu fi Triq De Piro, Tas-Sliema

Żagħżugħ ta' 22 sena jinsab fil-periklu tal-mewt wara li waqa' għoli ta' madwar tliet sulari minn gallarija.

Il-każ seħħ kmieni dalgħodu, għall-ħabta tal-5:30pm, fi Triq De Piro, Tas-Sliema.

Iż-żagħżugħ, Żvediż, ittieħed minnufih Mater Dei fejn kien iċċertifikat li qed isofri minn ġrieħi serji.

Il-Pulizija għadha qed tinvestiga l-każ.

More in Kronaka