Aġġornata | Żewġ żgħażagħ iweġġgħu wara li ħabtu u nqalbu bid-dgħajsa fil-Marfa

Il-każ seħħ kmieni dalgħodu, għall-ħabta tal-5:00am

Żewġ żgħażagħ iddaħħlu l-Isptar Mater Dei wara li ħabtu mal-blat u nqalbu bid-dgħajsa fil-Marfa, viċin ir-Ramla Bay Hotel.

Il-każ seħħ kmieni dalgħodu, għall-ħabta tal-5:00am, b’rapporti jgħidu li wieħed miż-żgħażagħ, instab fil-baħar mitluf minn sensih.

Fi stqarrija maħruġa aktar tard, il-Pulizija qalet li żagħżugħ ta' 20 sena qed isofri minn ġrieħi gravi filwaqt li l-kundizzjoni taż-żagħżugħ ieħor ta' 19-il sena għadha mhux magħrufa.

Il-Pulizija għadha qed tinvestiga l-każ.

More in Kronaka