Aktar minn 15-il miljun sigarett maqbuda mid-Dwana fil-Freeport

Żewġ kontejners b'7.6 miljun sigarett fi triqithom lejn il-Kroazja interċettati f'pajjiżna ... 

Is-sigaretti li nstabu fil-Freeport | Riteratt: Dwana
Is-sigaretti li nstabu fil-Freeport | Riteratt: Dwana

Wara ħidma koordinata bejn diversi Taqsimiet tad-Dwana, fosthom il-Container Monitoring Unit, l-Intellectual Property Rights Unit u l-iScanning Team, u li fiha sar użu wkoll mill-iscanner tad-Dipartiment, ġew interċettati żewġ kontejners li nstabu mimlija sigaretti tal-kuntrabandu meta kienu iddikjarati li qed iġorru għamara tal-bamboo (qasab).

Kull container irriżulta li kien qed iġorr 7,680,000 sigarett. Il-kontejners oriġinaw mill-Vietnam u kienu fi triqithom lejn il-Kroazja.

 

More in Kronaka