Sewwieq ta' mutur iweġġa' wara ħabta fl-Imsida

Il-każ seħħ fi Triq Testaferrata għall-ħabta ta' nofsillejl neqsin għoxrin

Sewwieq ta' mutur qed isofri minn ġrieħi gravi wara li kien involut f'ħabta ma' vettura fi Triq Testaferrata l-Imsida.

Il-każ seħħ għall-ħabta ta' nofsillejl neqsin għoxrin.

Jidher li s-sewwieq tal-mutur, Kroat ta' 50 sena u residenti n-Naxxar ħabat ma' vettura misjuqa minn raġel ta' 46 sena minn Ta' Xbiex.

Ambulanza ħadet lis-sewwieq tal-mutur Mater Dei.

More in Kronaka