Tfittxija għal raġel li daħal b'sikkina jisraq minn ħanut f'Ħaż-Żabbar

Il-każ seħħ għall-ħabta tat-3:00pm, fi Triq San Duminku

Il-Pulizija qed tfittex raġel li llum waranofsinhar daħal f’ħanut f’Ħaż-Żabbar u ħarab b’ammont ta’ flus kontanti.

Il-każ seħħ għall-ħabta tat-3:00pm, fi Triq San Duminku.

Jidher li r-raġel mgħammed u armat b’sikkina, daħal fil-ħanut u talab il-flus lill-impjegata, żagħżugħa ta’ 19-il sena residenti Ħad-Dingli.

Huwa ħarab minn fuq il-post.

Bil-każ ġiet infurmata l-Maġistrat tal-Għassa li ordnat inkjesta u ħatret diversi esperti biex jassituha.

More in Kronaka