Issa kkonfermat li l-katavru li nstab f'ajruplan taħt il-baħar huwa ta' Sala

L-ajruplan li kien fuqu Sala kien għeb fil-21 ta’ Jannar

Il-ġisem li ttella’ minn fdalijiet ta’ arjuplan li nstab taħt il-baħar huwa tal-plejer ta’ Cardiff City, Emiliano Sala.

Dan kien ikkonfermat mill-Pulizija ta’ Dorset wara li kienu ilhom jiem għaddejin bit-tfittxija għall-ajruplan li għeb fil-21 ta’ Jannar.

Sala, li għandu 28 sena kien fuq dan l-ajruplan u sa ftit tal-minuti qabel telaq, kien bagħat messaġġ lil sħabu jikkummenta fuq il-kundizzjoni tal-ajruplan.

Il-ġisem ta’ Sala ttella’ nhar l-Erbgħa li għadda wara li l-ajruplan instab il-Ħadd.

L-awtopsja saret ilbieraħ fejn ġie identifikat il-katavru.

More in Kronaka