Aġġornata | Tinstab alternattiva biex il-provvista tal-ilma ma tinqatax

...dan wara ħsara kkawżata minn kuntrattur privat waqt xogħlijiet fl-inħawi Tal-Balal

Il-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma qalet li sabet mezz kif tagħti distribuzzjoni alternattiva u b'hekk jekk l-affarijiet imorru kif ippjanat, m'għandux ikun hemm interruzzjonijiet sakemm isiru t-tiswijiet tal-ħsara li għamel kuntrattur privat.

Aktar kmieni, il-Korporazzjoni spjegat kif diversi lokalitajiet jistgħu jesperjenzaw qtugħ fil-provvista tal-ilma wara li kuntrattur privat laqat sistema tal-ilma waqt xogħlijiet fl-inħawi magħrufa bħala Tal-Balal

Fl-ewwel stqarrija, il-Korporazzjoni saħqet li din il-ħsara tista’ twassal għal interruzzjonijiet fil-provvista tal-ilma fl-24 siegħa li ġejjin.

Il-Korporazzjoni se tkun qed tinforma lill-pubbliku bl-iżviluppi li jkun hemm. 

 

More in Kronaka