Ħaddiem iweġġa' wara li waqa' għoli fid-Depot

Il-każ seħħ dalgħodu għall-ħabta tal-ħdax u nofs

Ħaddiem qed isofri minn ġrieħi gravi wara li waqa' għoli fil-Kwartieri Ġenerali tal-Pulizija.

Mill-ewwel informazzjoni, jirriżulta li r-raġel, Taljan ta' 50 sena, kien qed jagħmel xi xogħlijiet meta għal xi raġuni waqa' għal isfel.

Il-każ seħħ għall-ħabta tal-11:30am.

Fuq il-post issejħet ambulanza li ħadet lill-ħaddiem Mater Dei.

More in Kronaka