Ħaddiem iweġġa' b'makkinarju fil-Freeport

Il-każ seħħ ftit qabel nofsinhar br-raġel isofri ġrieħi gravi

Raġel ta’ 60 sena qed isofri minn ġrieħi gravi wara li weġġa’ fil-Freeport.

Il-każ seħħ ftit qabel nofsinhar meta r-raġel kien qed jagħmel xi xogħlijiet fuq makkinarju.

Ir-raġel ittieħed immedjatament Mater Dei għall-kura.

Il-Pulizija għadha qed tinvestiga l-każ.

More in Kronaka