Raġel jeħel sentejn ħabs oħra u se jintbagħat lura n-Niġerja

Ir-raġel, li diġa jinsab il-ħabs ħati ta' traffikar tad-droga, jigdem u jattakka gwardjan tal-ħabs

Priġunier Niġerjan, diġa ħati ta' traffikar tad-droga, ingħata sentejn ħabs fuq is-sentenza li diġa qed jiskonta u ġie mmultat €5,000. Dan talli attakka u gidem gwardjan tal-ħabs. 

In-Niġerjan attakka u gidem lill-gwardjan fil-Kwartieri tal-Pulizija fil-Furjana wara li qalulu li se jerġgħu jibgħatuh in-Niġerja. Hu qed jiskonta sentenza ta' 10 snin priġunerija. 

Apparti s-sentenza l-Qorti ddikjarat lin-Niġerjan immigrant illegali u talbet lill-Uffiċjal Prinċipali tal-Immigrazzjoni biex dan jiddeportah malli jkun skonta s-sentenza jintbagħat lura pajjiżu. 

 

 

More in Kronaka