Il-Gvern Malti qed isegwi l-każ ta' Malti maqtul fis-Somalja

Skont rapporti jidher li l-grupp Iżlamista Al Shabaab ħa responsabilità tal-qtil. 

Dalgħodu raġel Malti, paul Anthony Formosa, li kien qed jaħdem fuq sit ta' kostruzzjoni f'Bossasso, is-Somalja, instab mejjet. Hu kien qed jaħdem bħala Manager għal P&O Ports, sussidjarja tal-kumpanija DP World ibbażata f'Dubaj, 

Skont rapporti jidher li l-grupp Iżlamista Al Shabaab ħa responsabilità tal-qtil. 

Fi stqarrija l-Ministeru għall-Affarijiet Barranin Malti qal illi se jkun qed isegwi l-każ u jippublika iktar informazzjoni jekk ikun hemm żviluppi sinjifikanti. 

More in Kronaka