Prova jitlaq minn Malta b'dokumenti foloz li swew €900 u li xtara mingħand żewġ Afrikani

Ir-raġel mill-Kamerun ried jiltaqa' ma' omm it-tarbija tiegħu fi Franza ... jingħata sentenza priġunerija sospiża għal sentejn

Wieħed mill-immigranti li waslu Malta permezz tal-vapur Aquarius ingħata sentenza sospiża wara li kien qed jipprova jitlaq mill-pajjiż bl-użu ta' passaport falz. 

Ir-raġel huwa mill-Kamerun u kien arrestat dal-lejl fid-9:00 p.m. hekk kif kien qed jipprova jitlaq lejn Franza. Huwa qal li xtara d-dokumenti foloz għall-prezz ta' €900 mingħand żewġ Afrikani u quddiem il-Qorti ħalef li ma kienx jaf li dawn id-dokumenti kienu foloz.

 Hu ried imur Franza biex jiltaqa' ma' omm it-tarbija tiegħu.

"Sfortunatament il-klijent tiegħi għadda minn ħafna," spjega l-avukat tar-raġel. "Hu ltaqa' ma' tnejn minn nies li offrewlu l-għajnuna biex imur Franza ... mhux qed ngħidu li ma kisirx il-liġi imma hu xtaq li jingħaqad mill-ġdid mal-familja." 

Ir-raġel kien mogħti sentenza ta' sitt xhur priġunerija sospiżi għal sentejn. 

"Din id-darba mhux se tmur il-ħabs. Jekk terġa twettaq att kriminali ieħor fis-sentejn li ġejjin ikollok isservi sitt xhur priġunerija," wissiet il-maġistrat Gabriella Vella.  

 

More in Kronaka