Aġġornata | Għaddasa se jkomplu t-tfittxija għall-katavru li ntlemaħ fil-Qawra

Il-katavru ntlemaħ ilbieraħ viċin il-kosta fl-inħawi ta' Fra Ben

Dalgħodu se tkomplu t-tfittxija għall-katavru li allegatament intlemaħ fil-baħar, ftit 'il barra mill-Qawra.

Kelliema għall-Forzi Armati ta' Malta kkonfermat ma' dan is-sit li t-tfittxija se tkompli permezz ta' għaddasa li lbieraħ ma setgħux jinżlu minħabba l-baħar imqalleb.

Dan apparti tfittxija mill-ajru permezz tal-ħelikopter tal-Forzi Armati.

Il-ġisem bla ħajja ntlemaħ minn xi persuni viċin il-kosta fl-inħawi ta' Fra Ben.

Malli waslu l-Pulizija żewġ persuni oħra wkoll qalu li lemħu ġisem bla ħajja fil-baħar.

More in Kronaka