Malti arrestat f'Pozzallo wara sejba rekord ta' droga

Il-Malti li għandu 32 sena kien se jaqbad il-katamaran biex jinżel Malta b'231 kilo marijuana

Malti ta’ 32 sena ġie arrestat f’Pozzallo, ftit qabel ma qabad il-katamaran lejn Malta waqt li kien qiegħed iġorr 231 kilo droga marijuana.

Il-Pulizija f’Ragusa ddeskrivew dan l-arrest bħala waħda mill-akbar operazzjonijiet kontra d-droga li ħadmu fuqhom.

Ir-raġel ġie arrestat bil-lejl ta’ bejn it-Tlieta u l-Erbgħa waqt li kien se jirkeb il-katamaran Jean De La Vallettan fi triqtu lejn Malta.

Skont is-siti tal-aħbarijiet Taljani, il-Malti arrestat huwa xufier tat-trailers ma’ kumpanija Maltija rinomata.

Il-Malti qed jinżamm arrestat fi Sqallija sakemm jibdew il-proċeduri.

More in Kronaka