Tifel ta' 8 snin jinstab jgħix f'dar maħmuġa li nbidlet f'ħanut tad-droga

Żewġt aħwa ta' 18 u 22 sena ġew arrestati minnufih

Ilbieraħ filgħaxija l-Pulizija arrestat żewġt aħwa żgħażagħ ta' 18 u 22 sena wara rejd li sar f'residenza fi Triq Santa Tereża f'Birkirkara fejn instabu diversi qratas tad-droga lesta biex tiġi ttraffikata.

Fir-residenza, il-Pulizija sabet ukoll mara ta' 44 sena, flimkien ma' binha ta' 8 snin. Minħabba l-kundizzjonijiet iġeniċi ħżiena tal-post u anke għax it-tifel kien kontinwament espost għad-droga, issejħu professjonisti mill-Aġenzija Appoġġ biex jieħdu ħsieb lit-tifel.

Il-Pulizija waslet għal dan l-arrest wara li nnutat diversi żagħżagħ dieħla u ħierġa f'din ir-residenza f'ħinijiet differenti tal-ġurnata.

Fir-residenza nstabu ammont ta' droga lesta biex tiġi ttraffikata, fosthom droga sintetika, qratas tal-kannabis u ammont ta' pinnoli ecstacy flimkien ma' ammont ta' flus kontanti.

Fil-post instabu wkoll xi arloġġi li għadu għaddej l-istħarriġ dwarhom.

More in Kronaka