Ġermaniża ta' 33 sena tweġġa' gravi wara li waqgħet minn fuq il-bejt

L-inċident seħħ fi Triq Piscopo Macedonia, x-Xemxija

Mara Ġermaniża ta' 33 sena qegħda issofri minn ġrieħi gravi wara li waqgħet minn ġo tamboċċ waqt li kienet fuq il-bejt tal-propjetà’ tagħha. 

Għall-ħabta tad-9:30 a.m, il-Pulizija ġiet infurmata li kien hemm bżonn l-assistenza tagħha ġo residenza fi Triq Piscopo Macedonia, x-Xemxija.

Fuq il-post issejjaħ tim mediku sabiex jassisti lill-mara kif ukoll membri mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili. 

Hija ittieħdet l-Isptar Mater Dei permezz t’Ambulanza u iktar tard kienet iċċertifikata li qed issofri minn ġrieħi ta’ natura gravi. 

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.

More in Kronaka