Żagħżugħ iweġġa' wara li idu nqabdet f'magna li kien qed inaddaf

Jidher li ż-żagħżugħ qed isofri minn ġrieħi gravi iżda ma jinsabx fil-periklu tal-mewt

Żagħżugħ ta' 25 sena qed isofri minn ġrieħi gravi, iżda ma jinsabx fil-periklu tal-mewt, wara li idejh inqabdet ġo magna waqt xi xogħlijiet li kien qed jagħmel.

Il-każ seħħ ftit qabel is-1pm fi Triq Wied is-Sewda f'Ħaż-Żebbuġ.

Mill-informazzjoni li għandu dan is-sit jirriżulta li ż-żagħżugħ Afrikan kien qed inaddaf crusher (magna li tkisser il-ġebel) meta nqabditlu idu fiha.

Huwa ttieħed immedjatament Mater Dei fejn kien iċċertifikat li qed isofri minn ġrieħi gravi.

More in Kronaka