Ħadd ma jweġġa' meta trakk tal-iskart jieħu n-nar

Trakk tal-iskart ħa n-nar huwa u tiela' Triq l-Imġarr f'Għajnsielem

Ritratt | MRTU
Ritratt | MRTU

Trakk tal-iskart ħa n-nar huwa u tiela' Triq l-Imġarr f'Għajnsielem.

Mill-ewwel informazzjoni jirriżulta li ħadd ma weġġa' f'dan l-inċident bil-membri tal-Protezzjoni Ċivili jikkontrollaw in-nirien f'qasir żmien.

Għadu mhux magħruf x'wassal biex it-trakk jieħu n-nar.

Għal xi ħin it-triq kellha tingħalaq għat-traffiku.

More in Kronaka