Żagħżugħ ta' 25 sena jaqa' għoli f'Ħaż-Żebbuġ

Iż-żagħżugħ qed isofri minn ġrieħi gravi

Żagħżugħ ta' 25 sena qed isofri minn ġrieħi gravi wara li waqa' madwar sular għoli waqt li kien qiegħed jagħmel xi xogħlijiet.

Il-każ seħħ dalgħodu, għall-ħabta tas-6:30pm, fi Triq l-Imdina f'Ħaż-Żebbuġ.

Iż-żagħżugħ, residenti Ħ'Attard, ittieħed immedjatament Mater Dei għall-kura.

Il-Pulizija għadha qed tinvestiga l-każ.

More in Kronaka