Tifel imut b'tip rari ta' meninġite; L-Awtoritajiet tas-Saħħa jassiguraw li l-marda ma titteħidx

Jidher li t-tifel miet wara li wera l-ewwel sintomi ftit tal-jiem ilu

Tifel ta’ erba’ snin tilef ħajtu wara li marad b’tip rari tal-marda tal-meninġite li tikkawża maż-żewġ imwiet kull sena.

Jidher li t-tifel beda juri sintomi tal-marda ftit tal-jiem ilu u miet ilbieraħ.

Il-każ kien l-ewwel irrappurtat mit-Times of Malta, b’diversi ġenituri juru t-tħassib tagħhom dwar din il-marda.

Madanakollu, skont rapporti, il-Kap tad-Dipartiment tal-Prevenzjoni tal-Mard liJittieħed, Tanya Melilo, marret l-iskola tat-tifel biex tqassam informazzjoni dwar il-marda lill-istudenti sħabu.

L-Awtoritajiet tas-Saħħa assiguraw lill-ġenituri u anke lill-għalliema li din il-marda ma titteħidx.

More in Kronaka