'Kieku missier Silvio ma' ħebbx għall-membri tal-udjenza l-affarijiet ma kinux jeskalaw' - Puli

'Meta intefgħu botti lejn ibnu minnflok ikkalmahom saħħnilhom rashom bl-aġir tiegħu' sostna Puli

Is-Segretarju Ġenerali tal-Partit Nazzjonalista Clyde Puli sostna illi kien missiier Silvio Schembri, John Schembri li qala' l-inkwiet fuq il-programm Xarabank meta qam minn postu "u tela' jiġri madwar tmien fillieri ' fuq u kkonfronta b'mod agressiv persuna fl-udjenza ta' Xarabank. Il-partitarji Laburisti u l-kanvassers ta' Silvio Schembri telgħu jiġru jsegwu lill-missieru fin-naħa fejn kien hemm partitarji Nazzjonalisti għall-affari tagħhom."

"Il-verita tal-fatti kif rajtha b'għajnejja u bla editing u bla tidwir tad-diskors - missier Silvio Schembri, wara li ra lill-martu aġitata ddur tindirizza l-udjenza, qam minn postu hu, u tela jiġri madwar tmien fillieri. Li kieku missier Silvio Schembri ma' ħebbx għall-membri tal-udjenza l-affarijiet qatt ma kienu jeskalaw mill-livell ta' botta u risposta," sostna Puli. 

Is-Segretarju Ġenerali tal-PN sostna li "wara li qala' dak l-inkwiet kollu hu telaq lil hemm inkiss inkiss u ħalla lill-ħaddiehor jipprova jikkalma l-affarijiet filwaqt lil l-PRO (mis-Siggiewi) ta' ibnu qgħad jiffilmjah taparsi kien kalm u ma' kellux x'jaqsam waqt li għaddej l-inkwiet." 

Puli sostna li l-partitarji Laburisti li kienu ilhom jibbotjaw kontra l-PN u l-Kap tieghu għal programm shih u missier Silvio ma sikkithomx iżda meta ntefghu botti lejn ibnu minnflok ikkalmahom saħħnilhom rashom bl-aġir tiegħu. Minn fuq jipprovaw iħammġu lili għaliex f'kull ħin provajt nikklama l-affarijiet li qala missier Schembri."

In-nies imbuttati jaqgħu (xellug) u John Schembri (Lemin fiċ-ċirku)
In-nies imbuttati jaqgħu (xellug) u John Schembri (Lemin fiċ-ċirku)

Keith Abela jwieġeb: 'Prova li ma kontx qed niġbed filmati ta' John Schembri'

Intant wieġeb lura uffiċjal fis-Segretarjat ta' Schembri, Keith Abela li sostna illi Puli huwa "giddieb bil-provi."

"Qal li jiena iffilmjajt lis-Sindku John Schembri fuq Xarabank taparsi kien kalm f’postu. Qed nippublika prova li turi mill-filmat stess li jiena ma kontx qed nieħu filmati lil John Schembri," sostna Abela. 

"Partit tal-gideb u l-vjolenza sirtu. Dibattitu politiku fuq it-televiżjoni ma jiġġustifikax tgħajjir sfrenat kontra politiku u familtu għal minuti sħaħ. Dan ma smajtux Clyde? Wisq anqas li xi ħadd jarmi lin-nies għal isfel. Partit Nazzjonalista tal-mistħija," temm jgħid Abela.

Ir-ritratt li juri lil Abela (qiegħ tar-ritratt) fis-sala, mhux qed jiġbed filmat
Ir-ritratt li juri lil Abela (qiegħ tar-ritratt) fis-sala, mhux qed jiġbed filmat

More in Kronaka