Il-Kunsill tan-Naxxar jikkundanna lil Transport Malta dwar speed camera

...jgħid illi ma kienx ikkonsultat dwar it-twaħħil ta' speed camera fi triq taħt ir-responsabilità tiegħu

Il-Kunsill Lokali Naxxar fi stqarrija kkundanna bil-qawwa kollha lil Transport Malta u l-awtorjitajiet li, "mingħajr ma ġiethom id-diċenza li jinfurmaw lill-Kunsill, qabdu u ħadu deċiżjoni fuq triq taħt ir-responsabbilta’ tal-Kunsill biex tkun installata speed camera."

Il-Kunsill sostna li din mhix l-ewwel darba li Transport Malta ħadet deċiżjoni "bla ebda konsultazzjoni mal-Kunsill. Għalhekk il-Kunsill jappella lill-Gvern Ċentrali biex jieħu kull miżura possibbli biex l-enitajiet ma’ jiħdux deċiżjonijiet fil-lokalitajiet jekk mhux bi qbil mal-Kunsill. Finalment, il-Kunsill jinnota b’sodisfazzjoni li tabelli tneħħew u għalhekk iqis li din id-deċiżjoni ta’ Transport Malta ġiet revokata. "   

More in Kronaka