Il-Pulizija titlob l-għajnuna biex jinstab dan ir-raġel

Skont il-Pulizija, David Liniker Micallef jiffrekwenta l-akkwati ta' Birkirkara

Il-Pulizija qed titlob l-għajnuna tal-pubbliku biex tfittex lil David Liniker Micallef.

Fi stqarrija, il-Pulizija spjegat kif dan ir-raġel, li għandu 31 sena, jiffrekwenta l-akkwati ta' Birkirkara.

Kull min għandu xi informazzjoni jista' jċempel b'mod unanimu fuq 21 224001 jew 119.

Xerred dan l-artiklu biex tgħin lill-Pulizija ssib lil dan ir-raġel

More in Kronaka