Mara bi ġrieħi gravi wara daqqa li qalgħet minn żewġ ħallelin

Il-każ seħħ ilbieraħ fi Triq Testaferrata l-Imsida

Mara qed issofri minn ġrieħi gravi wara daqqa li qalgħet minn żewġt irġiel li serqulha l-basket.

Il-każ seħħ ilbieraħ f’nofsilejl neqsin għaxra fi Triq Testaferrata l-Imsida.

Jidher li l-mara Ġermaniża rreżistiet liż-żewġt irġiel u kien f’dak il-ħin li qalgħet daqqa ta’ oġġett iebes.

L-aggressuri ħarbu minn fuq il-post.

Il-vittma ttieħdet Mater Dei.

More in Kronaka