Raġel jinstab mejjet f'sit ta' kostruzzjoni f'San Ġiljan

L-identità tar-raġel għadha mhux magħrufa 

Ritratt | Arkivji
Ritratt | Arkivji

Raġel li l-identità tiegħu għadha mhux magħrufa nstab mejjet f'sit ta' kostruzzjoni f'San Ġiljan.

Jidher li r-raġel, li x'aktarx huwa barrani, instab għall-ħabta tas-6:50am fi Triq Dragunara.

Mill-ewwel investigazzjoni jirriżulta li r-raġel waqa' madwar żewġ sulari.

Tim mediku ssejjaħ fuq il-post iżda r-raġel kien iċċertifikat mejjet fuq il-post.

Dwar il-każ kien infurmat il-Maġistrat tal-Għassa li fetaħ inkjesta.

More in Kronaka