Tfittxija għal raġel wara serqa minn ħanut f'Ħal Balzan

Ir-raġel allegatament kien armat u ħarab minn fuq il-post bil-flus kontanti

Il-Pulizija qed tfittex raġel li lbieraħ daħal u seraq ħanut fi Triq il-Wied f’Ħal Balzan.

Skont il-Pulizija, il-każ seħħ għall-ħabta tad-9:30 tal-bieraħ filgħaxija, meta r-raġel, li allegatament kien armat u li kien liebes hoodie, daħal fil-ħanut u talab il-flus.

Huwa ħarab minn fuq il-post bil-flus kontanti.

Ħadd ma weġġa’ f’din is-serqa.

More in Kronaka