Politika Kronaka Soċjali Intervisti Zekzik Poodle Għawdex Qrati u Pulizija Kummerċjali

Id-dinja sportiva ssellem il-memorja ta' Emmanuel Mangani

Għal snin sħaħ Mangani kien attiv ħafna fl-isport tal-basketball

Liam Carter / 3 ta' Jannar 2019 13:56
Hekk kif dalgħodu tħabbar il-mewt ta' Emmanuel Mangani li għal sħin sħaħ kien attiv fl-isport tal-basketball kienu bosta dawk li bagħtu l-kondoljanzi tagħhom fosthom is-Segretarju Parlamentari għaż-Żgħażagħ, Sports u Għaqdiet tal-Volontarjat Clifton Grima.

Fi stqarrija Grima, bagħat il-kondoljanzi tiegħu lill-qraba u ħbieb ta' Mangani filwaqt li ddeskrivih bħala, "xhieda tal-valuri u impenn lejn sport ġust."

Fi stqarrija separata, kemm il-Partit Laburista kif ukoll il-Partit Nazzjonalista sellmu l-memorja ta’ Mangani.

Fl-2007 Mangani kkwalifika bħala kummissarju tal-FIBA.Il-kontribut tiegħu fl-isport lokali ġie rikonoxxut waqt l-MOC Awards fejn daħal fil-Hall of Fame tal-Kumitat Olimpiku Malti.

 

Stħarriġ
Segwina fuq Facebook