Imut il-ħaddiem li waqa' minn fuq sellum f'Delimara

Il-każ kien seħħ l-għada tal-Milied waqt li r-raġel kien qed iwaħħal sistema tal-arja kkundizzjonata

Tilef ħajtu r-raġel ta’ 45 sena li waqa’ madwar ħames filati minn fuq sellum fil-power station ta’ Delimara.

Ir-raġel kien qed iwaħħal sistema tal-arja kkundizzjonata f’parti mill-bini tal-impjant meta waqa’ għal isfel.

Il-każ kien seħħ l-għada tal-Milied waranofsinhar

Huwa kien ingħata l-ewwel għajnuna mill-Protezzjoni Ċivili iżda ssejħet minnufih għajnuna medika minħabba l-fatt li r-raġel ma bedix jieħu nifs kawża tal-ġrieħi li ġarrab f’rasu.

Dwar dan il-każ kienet infetħet inkesta maġisterjali.

More in Kronaka