Jinżamm arrestat akkużat li stupra l-eks mara tiegħu f'lejliet il-Milied

Ir-raġel se jinżamm fis-Sezzjoni Forensika tal-Sptar Monti Karmeli

Ritratt | Arkivji
Ritratt | Arkivji

Raġel ta’ 30 sena mill-Libja ma ngħatax il-ħelsien mill-arrest wara li illum tressaq il-Qorti mixli li stupra l-eks mara tiegħu.

Allegatament l-istupru seħħ nhar it-tnejn li għadda propju f’lejliet il-Milied. Il-vittma hi wkoll omm it-tfal tal-akkużat.

Il-Qorti semgħet ukoll kif waqt li l-akkużat kien jinsab fil-kustodja tal-Pulizija huwa għamel ukol telefonati lill mara filwaqt li prova wkoll jfixkel ix-xhieda.

Quddiem il-Maġistrat Gabriella Vella, ir-raġel wieġeb mhux ħati, bil-Qorti tordna li jinżamm arrestat filwaqt li wissiet lir-raġel biex iżomm 'il bogħod mill-vittma u kif kull forma ta’ attentat ta’ komunikazzjoni mal-eks mara tkun tfisser multa €7000 u sentenza ta’ priġunerija.

Minħabba li l-akkużat esprima ħsibijiet ta’ suwiċidju l-Qorti ordnat li jieħu trattament fis-Sezzjoni Forensika tal-Sptar Monti Karmeli.

More in Kronaka