Għall-ħabs wara li seraq rota u pittura mid-djar tal-ġirien

Ir-raġel kien mixli wkoll li kiser il-kundizzjonijiet dwar il-ħelsien mill-arrest

Ritratt | Arkivji
Ritratt | Arkivji

Raġel ta’ 26 sena ntbagħat 6 xhur ħabs wara li ammetta fil-Qorti li seraq rota, pittura u xi  dekorazzjonijiet minn residenzi tal-ġirien.

Huwa kien mixli wkoll li kiser il-kundizzjonijiet dwar il-ħelsien mill-arrest.

Il-Qorti ippreseduta mill-Maġistrat Joe Mifsud, ordnat ukoll li raġel jingħata ordni ta’ trattament ta' tliet snin dan bl-għan li jkollu l-għajnuna meħtieġa biex tkun tista' tegħleb il-vizzju tal-abbuż mid-droga.

L-avukat Joe Brinact deher għall-akkużat filwaqt li l-Ispettur Eman Hayman u Mario Xiberras mexxew l-prosekuzzjoni.

More in Kronaka