Id-Dwana b'qabda ta' 90 kg kokaina b'valur ta' kważi €10 miljun

Dawn l-ammonti inqabdu fi tfittxijiet separati...

Pakkett mill-ħafna li nstabu...
Pakkett mill-ħafna li nstabu...

Wara l-qabda ta' 40 kg kokaina fil-21 ta' Novembru, liema kokaina kienet tlaħħaq il-valur ta' €4.5 miljun u oħra fil-21 ta' Diċembru b'qabda ta' 48 kg b'valur ta' €5 miljuni, llum id-Dipartiment tad-Dwana għamel qabda oħra kbira ta' kokaina. 

Wara l-eżaminazzjoni ta' diversi kontejners fil-Port Ħieles instabu 35 pakkett b'total ta' 42 kg kokaina, liema kokaina tlaħħaq il-valur ta' €4.72 miljun. 

Uffiċjali tad-Dwana imbagħad, fi tfittxija separata, sabu 40 pakkett ieħor din id-darba b'48Kg kokaina, b'valur ta' €5 miljuni

Iż-żewġ kontejners kienu ġejjin mill-Ekwador u kienu sejrin Thessaloniki, fil-Greċja.

More in Kronaka