Anzjan jitlef ħajtu wara li waqa' mill-gallarija tad-dar

Il-każ seħħ għall-ħabta tal-11:30am fi Triq is-Sikka n-Naxxar

Anzjan ta’ 64 sena tilef ħajtu wara li waqa’ żewġ sulari mill-gallarija tar-residenza tiegħu.

Fi stqarrija, il-Pulizija spjegaw kif mill-ewwel informazzjoni, jirriżulta li l-anzjan għal xi raġuni żelaq waqt li kienet fil-gallarija, bil-konsegwenza li waqa’ għal isfel.

Il-każ seħħ għall-ħabta tal-11:30am fi Triq is-Sikka n-Naxxar.

Fuq il-post issejħet ambulanza li ħadet lir-raġel Mater Dei fejn kien iċċertifikat mejjet ftit tal-ħin wara.

Dwar il-każ infetħet inkjesta Maġisterjali.

More in Kronaka