Aġġornata | Tarbija ta' sentejn salvata mill-AFM minn fuq bastiment bi 300 immigrant

L-NGO Open Arms tgħid li ma għandha l-ebda port fejn iddaħħal lil dawn l-immigranti u li Malta qed tirrifjuta li tagħtihom l-ikel

Kmieni dalgħodu, il-Forzi Armati ta’ Malta salvaw tarbija ta’ sentejn li kienet fuq bastiment u li kellha bżonn l-għajnuna medika.

Il-Forzi Armati ħarġu bil-ħelikopter biex tellgħu lit-tarbija u lil ommha minn fuq il-bastiment li kien jinsab 57 mil nawtiku fin-nofsinhar ta’ Malta.

It-tarbija u ommha ttieħdu immedjatament Mater Dei.

Aktar tard, l-NGO Open Arms tefgħet aktar dawl fuq dan il-każ u qalet li t-tarbija u ommha kienu fost 300 immigrant li kienu salvati u li ttellgħu abbord il-bastiment tagħha.

L-NGO qalet li għad ma għandhomx port fejn jidħlu u Malta qed tirrifjuta li tagħtihom l-ikel, anke jekk għandhom bżonn urġenti.

More in Kronaka