Id-Dwana b'sejba oħra ta' droga li tammonta għal €5 miljun

B'kollox instabu 48 kilogramma droga kokaina f'kontejner li waqaf Malta fi triqtu lejn il-Greċja

Uffiċjali tad-Dwana rnexxielhom jitraċċaw u jikkonfiskaw 48 kilogramma ta’ droga kokaina li waqfet Malta fi triqitha mill-Ekwador għall-Greċja.

Din is-sejba, seħħet ftit jiem wara t-tieni l-akbar sejba tad-droga f’Malta, meta l-Uffiċjali tad-Dwana sabu 5020 kilogramma droga kokaina moħbija f’kontejner li kien għadu kemm wasal fil-Freeport.

Intant, illum, wara li ġie skenjat kontejner friża, instabu diversi pakketti moħbija u rriżulta li fihom kellhom sustanza bajda.

B’kollox, instabu 40 pakkett u wara testijiet li saru, irriżulta li s-sustanza kienet kokaina li l-valur tagħha kien ilaħħaq 5 miljun ewro.

More in Kronaka