Aġġornata | ħaddiem isofri ġrieħi gravi wara li waqa' f'sit ta' kostruzzjoni

Raġel ta' 31 sena waqa' għoli ta' madwar żewġ sulari

Ritratt | Arkivji
Ritratt | Arkivji

Raġel ta' 31 sena mill-Gambja qiegħed isofri minn ġrieħi ta' natura gravi wara li waqa' għoli ta' madwar żewġ sulari f'sit ta' kostruzzjoni.

L-inċident seħħ fi Triq Bellavista f'San Ġwann propju ftit wara l-11:00 am.

Fuq il-post issejħet ambulanza sabiex tassisti lill-vittma. Ir-raġel ittieħed immedjatament l-Isptar Mater Dei fejn ġie ċċertifikat li qiegħed isofri minn ġrieħi ta' natura gravi.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.

More in Kronaka