Tfajla tweġġa' wara li ttajret f'Birkirkara

Il-każ seħħ dalgħodu għall-ħabta tad-9:00am fi Triq Dun Karm

Tfajla ta' 22 sena qed isofri minn ġrieħi gravi wara li ttajret fi Triq Dun Karm Birkirkara.

Il-każ seħħ dalgħodu għall-ħabta tad-9:00am.

Jidher li t-tfajla, residenti l-Iklin, sfat milquta minn vettura misjuqa minn żagħżugħ ta' 21 sena minn Birkirkara.

Il-Pulizija qed tinvestiga l-każ.

More in Kronaka