Politika Kronaka Soċjali Intervisti Zekzik Poodle Għawdex Qrati u Pulizija Kummerċjali

Ħaddiem iweġġa’ gravi f’sit ta’ kostruzzjoni

L-inċident seħħ ġewwa Triq Sant’Antnin, Ħaż-Żabbar

Liam Carter / 17 ta' Diċembru 2018 15:22
Raġel ta’ 47 sena mill-Pakistan dalgħodu weġġa’ gravi wara li għal xi raġuni jew oħra waqaw xi briks fuqu waqt li kien qiegħed jagħmel xi xogħol ta' kostruzzjoni.

Kien għall-ħabta tal-10:40 a.m, meta l-Pulizija ġiet infurmata li hemm bżonn lassistenza tagħha ġewwa Triq Sant’Antnin, Ħaż-Żabbar. 

Fuq il-post issejħet ambulanza li ħadet lir-raġel l-Isptar Mater Dei sabiex jingħata l-kura meħtieġa. Aktar tard huwa ġie ċċertifikat li qiegħed isofri minn ġrieħi ta’ natura gravi.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin. 

Stħarriġ
Segwina fuq Facebook