Aġġornata | Fil-periklu tal-mewt il-ħaddiem li waqa' ħames sulari

L-inċident seħħ fi Triq il-Madonna tal-Ġebla

Żagħżugħ ta' 22 sena jinsab fil-periklu tal-mewt wara li waqa' ġo xaft f'sit ta' kostruzzjoni fil-Kappara.

Mill-ewwel informazzjoni, jirriżulta li l-ħaddiem waqa' madwar ħames sulari.

Il-każ seħħ seħħ għall-ħabta tad-9:30am fi Triq il-Madonna tal-Ġebla.

Fuq il-post kellha tissejjaħ l-għajnuna tal-Protezzjoni Ċivili biex iż-żagħżugħ Sirjan, seta' jittella' mix-xaft.

 

Ritratt: Paġna ta' Facebook Ġaħan Onlajn

More in Kronaka