Tifel ta' 10 snin jittajjar fl-Imtarfa

Il-każ seħħ ilbieraħ filgħaxija fi Triq San David

Tifel ta’ 10 snin qed isofri minn ġrieħi gravi wara li ttajjar ilbieraħ filgħaxija, fl-Imtarfa.

L-inċident seħħ ilbieraħ filgħaxija, għall-ħabta tat-tmienja u nofs, fi Triq San David.

Jidher li t-tifel ittajjar minn raġel ta’ 32 sena residenti l-Mosta.

Il-Pulizija għadha qed tinvestiga l-każ.

More in Kronaka