Mara l-isptar wara ħabta bejn erba' karozzi fi Triq Reġjonali

Il-każ seħħ għall-ħabta tal-11:30am bl-inċident jikkawża traffiku kbir fl-inħawi

Mara ta' 42 sena mix-Xewkija ddaħħlet l-isptar wara ħabta bejn erba' vetturi fi Triq Reġjonali ftit qabel il-mina li tagħti għall-Ħamrun.

Il-każ seħħ għall-ħabta tal-11:30am.

Kelliema għall-Pulizija kkonfermat ma' dan is-sit li sa issa ma jidher li weġġa' ħadd aktar f'dan l-inċident.

Kemm jista' jkun, is-sewwieqa għandhom jevitaw li jgħaddu minn din ir-rotta minħabba t-traffika li nġema' fit-triq.

More in Kronaka