Lejl impenjattiv għall-Protezzjoni Ċivili...tliet vetturi jieħdu n-nar fi tliet lokalitajiet

Il-vetturi ħadu n-nar fil-Belt, il-Ħamrun u fl-Imsida

Matul il-lejl li għadda, tliet vetturi ħadu n-nar fi tliet lokalitajiet differenti viċin xulxin.

L-ewwel każ seħħ fil-Belt Valletta għall-ħabta tas-2:05am fi Triq Marsamxett li wassal biex inħarqet vettura oħra li kienet fil-viċin.

Skont il-Pulizija, it-tieni kas seħħ għall-ħabta tal-3:40am, fi Triq Ċensu Farrugia fl-Imsida meta trakk ħa n-nar u wassal biex kienet ikkawżata ħsara fuq faċċata ta' residenza.

L-aħħar każ kien irrappurtat fl-4.20am fi Triq Mountbatten fil-Ħamrun.

Il-Pulizija qed tinvestiga l-każ u ħadd ma weġġa' fl-inċident.

More in Kronaka