Ħaddiem żagħżugħ jaqa' f'sit ta' kostruzzjoni

Il-każ seħħ għall-ħabta tas-1:00pm, fi Triq Joanne Garden f'Ħal Tarxien

Żagħżugħ ta' 25 sena mill-Fgura weġġa' wara li waqa' f'sit ta' kostruzzjoni f'Ħal Tarxien.

Il-każ seħħ għall-ħabta tas-1:00pm, fi Triq Joanne Garden.

Mill-ewwel informazzjoni, jirriżulta li ż-żagħżugħ kien qed jagħmel xi xogħlijiet meta waqa' għal isfel.

Huwa ttieħed Mater Dei għall-kura fejn kien iċċertifikat li qed isofri minn ġrieħi gravi.

More in Kronaka