Politika Kronaka Soċjali Intervisti Zekzik Poodle Għawdex Qrati u Pulizija Kummerċjali

Jisker, iweġġa' persuna u jhedded erba' uffiċjali tal-Pulizija

Il-każ seħħ ilbieraħ fiż-Żebbuġ meta żagħżugħ ta' 28 sena, li kien fis-sakra, beda jgħajjat u jhedded lin-nies

Yendrick Cioffi / 4 ta' Diċembru 2018 17:12
Ritratt | Mill-Arkivji
Żagħżugħ ta’ 28 sena tressaq il-Qorti akkużat li weġġa’ persuna b’daqqa ta’ oġġett iebes u li weġġa’ u hedded erba’ uffiċjali tal-Pulizija.

Il-każ seħħ ilbieraħ fiż-Żebbuġ meta ż-żagħżugħ Somalu kien fis-sakra u kien qed iġorr fuqu sikkina mingħajr il-permessi neċċessarji.

Huwa qed ikun akkużat ukoll li ma obdix l-ordnijiet tal-Pulizija, li ta dettalji foloz, li kien fis-sakra, kiser il-paċi pubblika u li sar reċidiv b’diversi sentenzi tal-Qorti.

L-akkużat wieġeb mhux ħati tal-akkużi miġjuba kontrih u baqa’ jinżamm arrestat.

Stħarriġ
Segwina fuq Facebook