Seba' arrestati wara sejba ta’ 20kg kannabis

Is-sitt irġiel Taljani jgħixu Sqallija filwaqt li l-Malti huwa minn Birkirkara

Seba’ rġiel, sitta minnhom Taljani ġew arrestati  wara sejba ta’ 20kg droga mill-Pulizija u d-Dipartiment tad-Dwana wara li saru numru ta’ spezzjonijiet fuq diversi karozzi li daħlu fuq il-katamaran minn Pozzallo.

Din is-sejba saret f’Birkirkara meta twaqqfet il-karozza li fiha kien hemm moħbija l-kannabis. Is-sitt irġiel Taljani jgħixu Sqallija filwaqt li l-Malti huwa minn Birkirkara. L-età tagħhom tvarja bejn it-23 u l-51 sena. L-arrestati qed jiġu interrogati d-Depot tal-Pulizija.

L-20kg kannabis instabet imqassma f’34 pakkett moħbijin fil-karozza. Il-Maġistrat Yana Micallef Stafrace qed tmexxi din l-inkejsta.

L-arrestati għandhom jitressqu l-Qorti fis-sigħat li ġejjin. 

More in Kronaka