Filmat | Kemmuna kif qatt ma rajtha

Dokumentarju ġdid li jagħti ħarsa lejn żoni marittimi protetti madwar Kemmuna

Din il-ġimgħa intwera għal ewwel darba dokumentarju ġdid li qed jagħti ħarsa lejn il-ħajja marittima madwar Kemmuna.

Id-dokumentarju bl-isem ta' Comino - A Secret Paradise ġie mtella grazzi għall-Malta Airport Foundatio u jiffoka b'dettal fuq żoni marittimi protetti madwar Kemmuna.

L-iskript tad-dokumentajru nkiteb mill-Professur Alan Deidun, li fil-passat ħadem ukoll fuq bosta dokumentarji oħra fosthom: Filfla (2015), Mġarr ix-Xini ( 2013), Rdum Majjiesa (2012) u Dwejra (2012).

 

 

Ssegwi dan id-dokumentarju hawnhekk.

 

 

More in Kronaka