Jisraq tliet żgħażagħ f'Pembroke wara li heddidhom b'arma tan-nar

Il-każ seħħ għall-ħabta tas-2:00am fi Triq Profs. Walter Ganado f'Pembroke

Il-Pulizija qed tfittex raġel li hedded tliet żgħażagħ b'arma tan-nar biex jagħtuh il-basktijiet li kellhom.

Il-każ seħħ għall-ħabta tas-2:00am fi Triq Profs. Walter Ganado f'Pembroke.

Jidher li raġel mgħammad u armat b'arma tan-nar waqqaf tliet ġuvintur Pollakki, tnejn ta' 22 sena u ieħor ta' 21 sena u talabhom il-basktijiet.

Dawn obbdewh, ħataf il-basktijiet u telaq jiġri..

Ħadd ma' weġġa' f'dan l-inċident.

More in Kronaka