Iż-żagħżugħ li pprova jidħol f'żona ristretta tal-ajruport iwieġeb mhux ħati

Huwa mifhum  li l-akkużat kien imfittex għas-serqa kbira li seħħet is-sena li għaddiet mill-istabbiliment ta’ Diamonds International f’Tigné.

Iż-żagħżugħ li kien arrestat ilbieraħ wara li pprova jaqbeż f’żona ristretta tal-ajruport wieġeb mhux ħati tal-akkużi miġjuba kontrih.

Huwa mifhum ukoll li l-akkużat li għandu 27 sena kien imfittex ukoll għas-serqa kbira li seħħet is-sena li għaddiet mill-istabbiliment ta’ Diamonds International f’Tigné.

Illum, l-akkużat tressaq akkużat li hedded raġel b’arma, li pprova jidħol f’żona ristretta, li hedded uffiċjal tas-sigurtà, li kien qed iġorr arma waqt reat kriminali, li kien qed isuq vettura mingħajr liċenzja u polza tal-assigurazzjoni u li kien fil-pussess ta’ droga kokaina.

Huwa kien arrestat ilbieraħ f’Ħal Safi.

Meta l-akkużat ra s-suldati sejrin lejh, telaq jiġri lejn il-kwartieti militari waqt li beda jipponta arma tan-nar lejn l-uffiċjali tas-sigurtà, sakemm inżamm mis-suldati.

Il-Pulizija sabu l-vettura bil-pjanċi misruqa ftit passi ‘l bogħod.

More in Kronaka