Katavru jintlemaħ fil-baħar biswit Għar Lapsi

Jidher li l-katavru huwa ta' mara barranija li għandha madwar 38 sena

Il-Pulizija kkonfermat mas-sit illum.com.mt li ftit tal-minuti ilu intlemaħ katavru fil-baħar ftit 'il barra minn Għar Lapsi.

Kelliema għall-Forzi Armati ta' Malta qalet ma' dan is-sit li kien raġel li kien Għar Lapsi li lemaħ il-katavru fil-baħar.

Dan ittella' mill-baħar permezz ta' ħelikopter.

Jidher ukoll li l-katavru huwa ta' mara barranija li għandha madwar 38 sena.

More in Kronaka