Żewġ ħaddiema jweġġgħu f'Għawdex; Wieħed minnhom fil-periklu tal-mewt

Il-każ seħħ għall-ħabta ta' nofsinhar fi Triq il-Madonna tal-Ħniena fix-Xewkija

Raġel jinsab fil-periklu tal-mewt u raġel qed isofri minn ġrieħi gravi wara li weġġgħu waqt li kienu qed jagħmlu xogħlijiet fix-Xewkija.

Il-każ seħħ għall-ħabta ta' nofsinhar fi Triq il-Madonna tal-Ħniena.

Jidher li ż-żewġt irġiel Albaniżi kienu qed jaħdmu f'sit ta' kostruzzjoni meta waqgħu xi għoli.

L-irġiel li għandhom 32 sena u 42 sena ttieħdu l-Isptar Ġenerali ta' Għawdex.

Dwar il-każ infetħet inkjesta maġisterjali

More in Kronaka